Bħala parti minn din ir-riċerka, nixtieqek li tieħu sehem f’numru ta’ attivitajiet biex jinġabar kampjun tal-Malti tiegħek, dak mitħaddet kif ukoll miktub. Qabel dan inti se tkun mitlub/a timla kwestjonarju fuq il-lingwa kif ukoll kwestjonarju psikoloġiku, li permezz tagħhom jinħoloq profil tal-lingwa u tal-personalità tiegħek. L-għan tax-xogħol tagħna huwa li nidentifikaw elementi fl-użu tal-lingwa li huma relatati ma’ aspetti tal-personalità tal-individwi.
Nista’ nagħti garanzija li:
Ebda informazzjoni li tista’ tidentifikak mhu se tkun preżenti fir-riżultati tar-riċerka.
Tista’ tieqaf tipparteċipa f’din ir-riċerka fi kwalunkwe stadju mingħajr ma toffri raġuni. (F’każ li tirtira mir-riċerka, id-dokumenti u l-informazzjoni li jkunu nġabru mingħandek jinqerdu.)
L-ebda forma ta’ qerq mhi se tintuża.
Jekk tkun tixtieq, ngħaddulek il-konklużjonijiet mir-riċerka b’mod verbali jew bil-miktub.
M’hemm ebda riskji involuti f’dan l-istudju.